L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Deejays Radio dwar il-Licensed Transmitting Power tal-istazzjon fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Artiklu 10(10) tal-Att dwar ix-Xandir; paragrafu 3(d) tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar ix-Xandir; u kif ukoll paragrafu 1(e) tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar ix-Xandir sabiex l-Awtorità tkopri l-ispejjeż marbuta mal-ispezzjoni li għamlet l-MCA dwar l-apparat tal-istazzjon.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sur Edward Spiteri li deher f’isem l-istazzjon.
L-Awtorità ħadet konjizzoni tas-sottimissjonijiet tal-partijiet u għalkemm dehrilha li l-akkuża kienet ġiet ippruvata madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon bil-għan li dawn in-nuqqasijiet ma jiġux ripetuti u qed tordnalek tħallas is-somma ta’ €57.50 rappreżentanti l-ispejjeż assoċjati ma’ testijiet li ikkummissjonat l-Awtorità