L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Bay Radio dwar il-programm Bay Breakfast with Drew tal-15 ta’ Settembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 6.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorship u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku, meta sar reklam għal Medasia on the Strand, Sliema, Happy Hour.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Victor Formosa li deher f’isem l-istazzjon.
L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, inkluż l-ammissjoni tal-istazzjon iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, madanakollu peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.