Calypso Radio - Tnax-il Siegħa ta’ Xandir - 9 ta’ Diċembru, 2008




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li matul tnax-il siegħa ta’ trasmissjoni l-istazzjon kien kiser il-paragrafi 4, 9 u 28 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir peress li f’xi ħinijiet u f’partijiet meqjusa bħala kontenut, il-preżentaturi nstemgħu jagħtu dettalji reklamatorji u kif ukoll peress illi matul l-imsemmija trasmissjoni l-istazzjon qabeż il-massimu ta’ ħin allokat għar-reklami f’siegħa orarja. 

L-istazzjon ammetta l-akkuża u ħallas il-penali stabbilità fl-ammont ta’ disà mija u wieħed u tletin ewro (€ 931) skont il-Ħames Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.