Deċiżjoni dwar l-Akkuża fil-konfront ta’ Deejays Radio rigward trasmissjoni tal-1 u t-2 ta’ Lulju, 2017
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Deejays Radio rigward trasmissjoni tal-1 u t-2 ta’ Lulju, 2017, f’seduta li nżammet fil-25 ta’ Lulju, 2017, fejn ġie allegat ksur ta’ Artiklu 10(10) u Artiklu 10(11) tal-Att dwar ix-Xandir minħabba li l-istazzjon irrekklama negozji li kienu jaqa’ barra mill-akkwata ta’ fejn kien qed ixandar l-istazzjon.
Imsejjaħ għas-smigħ ir-rappreżentant tal-istazzjon ma kienx preżenti u dan mingħajr avviż, għaldaqstant l-Awtorita’ kkunsidrat dan l-għemil bħala ammissjoni minn naħa tal-istazzjon tal-imsemmija akkuża u ddeċidiet li timponi l-penali relattiva ta’ disa’ mija u tletin Euro (€930) liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan-notifika.
Illum l-4 t’Awwissu, 2017