Lill-Istazzjonijiet Kollha tar-Radju u Televiżjoni
Mehmuża ma’ din l-ittra għandkom issibu Direttiva maħruġa mill-Awtorità tax-Xandir ai termini ta’ Artiklu 15 tal-Att Dwar ix-Xandir li tkopri l-perjodu s-7 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu 2013.
Għall-finijiet ta’ prattiċità, il-Paragrafu 3(1) Għoti ta’ Skedi ta’ Programmi lill-Awtorità għandha tfisser li sal-Ħamis 3 ta’ Jannar, l-istazzjonijiet iridu jipprovdu l-iskedi bid-dettalji mitluba tal-programmi li beħsiebhom ixandru sal-aħħar ta’ Jannar 2013.
Fl-aħħar ġimgħa ta’ Jannar 2013, l-istazzjonijiet jintalbu jissottomettu l-informazzjoni għall-programmi ta’ Frar 2013.
| Pierre Cassar |  21 ta’ Diċembru 2012 | 
| Kap Eżekuttiv  |  Ref 10/62/6 | 
| Awtorità tax-Xandir |   |