L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Education 22 dwar il-programm Dissett tad-29 ta’ Novembru, 2011, fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 2.1 tal-Ħtiġijiet dwar ir-Reklami, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi dwar Reklamar, Sponsorship u Teleshopping ta’ Xorb Alkoħoliku meta l-istazzjon xandar reklam għall-inbid f’ħin li kien ipprojbit bil-liġi.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u kif ukoll lis-Sur Ray Libreri f’isem il-PBS Ltd. Ms Bernardette Azzopardi instemgħet bħala xhud f’isem Education 22.
L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet inkluż li l-ksur tal-liġi kien riżultat ta’ problema bis-server u tal-fatt li Education 22 kien għaddej minn perjodu ta’ tranżizzjoni li kien qed jikkawża diffikultajiet fil-kommunikazzjoni bejn l-PBS u l-istess stazzjon.
L-Awtorità qablet li taċċetta l-verżjoni tal-fatti tal-istazzjonijiet, madanakollu ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.
3 ta’ Frar 2012