[02/19] - Dibattitu fi skema ta’ xandiriet politiċi




Rilaxx: Immedjat
Data: 28 ta’ April 2019
PR 02/19


Dibattitu fi skema ta’ xandiriet politiċi


Bħalma għandha l-obbligi li tagħmel ai termini ta’ Artiklu 13 (4) tal-Att dwar ix-Xandir, bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali minn għada t-Tnejn 29 ta’ April, l-Awtorità se tagħti bidu għal skemi ta’ dibattiti politiċi.

L-Awtorità fasslet żewġ skemi għaż-żewġ elezzjonijiet b’mod separat. Dawn iż-żewġ skemi jikkonsistu fi spots u produzzjonijiet politiċi, u numru ta’ dibattiti u intervisti qosra bis-sehem tal-partiti politiċi kollha inkluż ukoll il-kandidati indipendenti li se jikkontestaw għall-elezzjonijiet.

Għada t-Tnejn,29 ta’ April ser jixxandar l-ewwel dibattitu bis-suġġett magħżul mill-Awtorità tax-Xandir “Ġustizzja u d-drittijiet fundamentali u l-politika tal-immigrazzjoni”.

Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Frank Psaila għall-Partit Nazzjonalista, Martin Cauchi Inglott għall-Partit Demokratiku, Mina Tolu għall-Alternattiva Demokratika u James Grech għall-Partit Laburista.

Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM2 fid-20.45. Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Mario Xuereb.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
28 ta’ April 2019