[03/19] - Debate Local Councils Elections 2019




Rilaxx: Immedjat
Data: 30 ta’ April 2019
PR 03/19


Dibattitu fi skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, 2019


Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità tax-Xandir se tagħti bidu għal skemi ta’ dibattiti bejn il-partiti politiċi u intervisti mill-kandidati indipendenti.

Għada l-Erbgħa, 1 ta’ Mejju ser jixxandar l-ewwel dibattitu bis-suġġett magħżul mill-Awtorità tax-Xandir “Il-fondi mħaddma mill-Kunsilli Lokali”.

Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Daniel Attard u Romilda Baldacchino Zarb għall- Partit Laburista u għall-Partit Nazzjonalista ser ikunu Noel Muscat u Mark Anthony Sammut.

Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.45. Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Melvic Zammit.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
30 ta’ April 2019