PR 0413
Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir
għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni Ġenerali 2013
Konferenza Stampa
Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Jannar 2013 ser tixxandar Konferenza Stampa mill-Awtorità tax-Xandir bħala parti mis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni Ġenerali 2013.
Għal din il-Konferenza Stampa il-ġurnalisti se jkollhom l-opportunità li jsaqsu mistoqsijiet lill-kelliemi tal-Partit Laburista li se jkun Dr Konrad Mizzi.
Is-suġġett magħżul mill-Partit Laburista se jkun ‘Kontijiet Orħos – Arja Aktar Nadifa’.
Dan il-programm ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq ir-radju106.6 fit-8:40 ta’ filgħaxija.
Mario Axiak
|
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
|
11 ta’ Jannar 2013
|