Xandiriet għar-Referendum 2015
Dibattitu
Bi tħejjija għar-Referendum tal-11 ta’ April, l-Awtorità tax-Xandir nediet skema oħra ta’ xandiriet fejn il-Movimenti li jiffurmaw parti mill-kampanja referendarja jkunu jistgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom fuq ix-xandir. Għal dan il-għan għada l-Erbgħa 25 ta’ Marzu, se jixxandar l-ewwel dibattitu f’din l-iskema ta’ xandiriet għar-Referendum tal-11 ta’ April 2015.
Żewġ rappreżentanti mill-Moviment SHout u mill-Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej se jkunu qed jiltaqgħu f’dan id-dibattitu biex jiddiskutu l-kaċċa fir-rebbiegħa. Ir-rappreżentanti tal-Moviment SHout ser ikunu s-Sur Mark Sultana u Ms Moira Delia u l-Moviment IVA Bħala Maltin u Ewropej ser jkun rappreżentat minn Dr Kathleen Grima u s-Sur Mark Mifsud Bonnici.
Dan id-dibattitu ta’ 60 minuta mmexxi minn Dr Joanna Spiteri se jixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.45.
Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
24 ta’ Marzu 2015