[04/22] Xandiriet Politiċi - Elezzjoni Ġenerali 2022




Rilaxx: Immedjat
Data: 8 ta’ Marzu 2022
PR 04/22


Xandiriet Politiċi

 

Bħalma hu d-dmir tal-Awtorità tax-Xandir u bħalma jiġri f’kull elezzjoni l-Awtorità ħejjiet skema ta’ xandiriet politiċi. Fost l-oħrajn din l-iskema ta’ xandiriet tinkludi dibatitti politiċi, bl-ewwel dibattitu politiku bi tħejjija għall-Elezzjoni Ġenerali 2022 ser jixxandar illum, it-Tlieta 8 ta’ Marzu 2022.

Jiddiskutu f’dan id-dibattitu, bit-tema “Malta Flimkien”, se jkun hemm Dr Miriam Dalli u Rebecca Buttigieg għall-Partit Laburista u Claudette Buttigieg u Joseph Grech għall-Partit Nazzjonalista. F’dan id-dibattitu ta’ siegħa se jkunu qed jiġu trattati temi politiċi ewlenin għal din l-elezzjoni ġenerali.

Dan id-dibattitu fl-iskema tal-Awtorità tax-Xandir ser jitmexxa mis-Sur Liam Carter u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20.45.