Stqarrija Nru : 05/11
Xandiriet għar-Referendum 2011 – Konferenza tal-Aħbarijiet
Bħala parti mill-iskema ta’ Xandiriet għar-Referendum 2011, l-Awtorita’ tax-Xandir ser torganizza konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ħamis, 19 ta’ Mejju, 2011. Il-kelliem ser ikun Dr Arthur Galea Salamone f’isem il-Moviment Żwieg Bla Divorzju. Il-mistoqsijiet se jsiru minn sitt gurnalisti.
Din il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ 60 minuta ser titmexxa minn Mario Micallef u ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:40.
Mario Axiak M.B.A. (Maastricht)
|
17th May 2011
|
Head, Research & Communications,
|
|
Broadcasting Authority
|
|