[05/14] MEP Elections Political Debate (06/05/2014)




Stqarrija 05/2014

Xandiriet Politiċi mill-Awtorità tax-Xandir

għal matul il-Kampanja tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014

Għada l-Erbgħa, 7 ta' Mejju 2014 ser jixxandar it-tieni Dibattitu organizzat mill-Awtorità tax-Xandir fis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014.

Is-suġġett għal dan id-Dibattitu, approvat mill-Awtorità tax-Xandir, kien magħżul mill-Partit Nazzjonalista u ser ikun "Malta Aħjar b'xogħol u opportunitajiet għal kulħadd".

Il-mistiedna għal dan il-programm ser ikunu:

• Dr Roberta Metsola u s-Sur Norman Vella f’isem il-Partit Nazzjonalista;

• Ms Fleur Vella u s-Sur Charlon Gouder f’isem il-Partit Laburista; u

• Il-Professur Arnold Cassola f’isem l-Alternattiva Demokratika.

Dan id-Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira u ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet tat-8:00 ta' filgħaxija.

 

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni 

6 ta' Mejju 2014