[05/19] - Dibattitu għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Europew, 2019




Rilaxx: Immedjat
Data: 3 ta’ Mejju 2019
PR 05/19


Dibattitu fi skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Europew, 2019


Bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Europew u Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2019, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskemi ta’ dibattiti bejn il-partiti politiċi u intervisti mill-kandidati indipendenti.

Nhar it-Tnejn, 6 ta’ Mejju ser jixxandar it-tieni dibattitu bis-suġġett “L-Ambjent u Lejn Politika fil-Bidla tal-Klima”. Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu:

• Michael Mercieca - Partit Nazzjonalista,
• Joseph Sammut - Partit Laburista,
• Simon Borg - Moviment Patrijotti Maltin,
• Rebecca Dalli Gonzi - Alleanza Bidla.

Id-dibattitu ser jixxandar fuq TVM2 u Radju Malta fid-20.45. Dan id-dibattitu ser jitmexxa minn Mario Xuereb.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
3 ta’ Mejju 2019