Stqarrija għall-Istampa
20 ta’ Mejju 2026
Stq: 06/26
Skema ta’ Xandiriet Politiċi għall-Elezzjoni Ġenerali 2026
L-iskema ta’ xandiriet politiċi organizzata mill-Awtorità tax-Xandir tkompli l-Ġimgħa, b’dibattitu politiku bejn rappreżentanti mill-Partit Laburista u mill-Partit Nazzjonalista. It-tema magħżula mill-Partit Laburista għal din ix-xandira hija “INT MALTA”.
F’isem il-Partit Laburista se jieħdu sehem Dr Byron Camilleri u s-Sur Silvio Schembri, filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista se jipparteċipaw Dr Conrad Borg Manché u Dr Joseph Grech.
Dan id-dibattitu se jitmexxa minn Mario Micallef u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fil-21.15.