[07/14] - EP Elections Debate (14/05/2014)




Stqarrija 07/2014

XANDIRIET POLITIĊI MILL-AWTORITÀ TAX-XANDIR
GĦAL MATUL IL-KAMPANJA TAL-ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2014

Għada l-Erbgħa, 14 ta' Mejju 2014 fis-2:00pm se jsir rekording tad-Dibattitu organizzat mill-Awtorità tax-Xandir fis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014.

Is-suġġett għal dan id-Dibattitu, approvat mill-Awtorità tax-Xandir, kien magħżul mill-Partit Laburista u ser ikun " Malta Enerġija Pożittiva".

Il-mistiedna għal dan il-programm ser ikunu:

• Is-Sinjura Marlene Mizzi u s-Sur Joseph Cuschieri f’isem il-Partit Laburista

• Is-sinjuri David Casa u Kevin Plumpton f’isem il-Partit Nazzjonalista

• Il-Perit Carmel Cacopardo f’isem l-Alternattiva Demokratika

Dan id-Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira u ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet tat-8:00 ta' filgħaxija.

Mario Axiak

Kap Riċerka u Komunikazzjoni

13 ta' Mejju 2014