[07/21] Deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir




Stqarrija għall-Istampa

22 ta’ Ġunju 2021

PR 07/21

 

 

Kuntrarjament għal dak li qed jiġi rrappurtat f’xi mezzi tax-xandir illi l-Awtorità tat xi ordni biex jiddaħħlu kameras fil-bini tal-ħabs bil-għan li jittieħed filmat ta’ dan il-post, l-Awtorità tiċħad illi hi qatt ma tat din l-ordni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir ippubblikata fl-10 ta’ Ġunju, kienet deċiżjoni biex titratta ilment li kien sar fil-konfront ta’ produzzjoni li xxandret fil-programm Popolin tat-30 ta’ April 2021 fuq il-PBS u għalhekk id-deċiżjoni kienet speċifikament qed tindirizza rimedju li kellu jingħata. Fid-deċiżjoni tagħha l-Awtorità tax-Xandir talbet illi għandha tittella’ produzzjoni biex jingħata rimedju għal dak l-ilment speċifiku.