Media Release 8/12
L-Awtorità tax-Xandir, f’laqgħa li saret illum, iddiskutiet talba għal direzzjoni mibgħuta mill-PBS Ltd dwar l-għażla ta’ parteċipanti fi programmi fuq l-istazzjon nazzjonali. L-Awtorità kkomunikat l-opinjoni tagħha lil PBS Ltd. b’kopja lill-Partit Laburista.
Wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi kollha rigwardanti l-każ, l-Awtorità kienet tal-opinjoni li s-sistema li tidher li ħadmet sodisfaċentement tul l-aħħar snin għall-partijiet kollha ma kienx hemm lok għalfejn tinbidel.
| Mario Axiak  | 2 t’Ottubru 2012  | 
| Kap Komunikazzjoni u   Riċerka   | Ref 13/91 |