[08/24] - Xandiriet Politiċi




Data: 15 ta’ Mejju 2024
PR 08/24

 


Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2024


Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi u intervisti mill-kandidati indipendenti.

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju 2024 ser tixxandar xandira politika bis-suġġett “L-Għażla taċ-Ċittadin: X’Għandhom Ikunu l-Prijoritajiet tal-Parlament Ewropew”.

Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Simon Elmer għall-Partit ABBA, Clint Azzopardi Flores għall-Partit Laburista u Norma Camilleri għall-Partit Nazzjonalista.

Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00. Din ix-xandira politika ser titmexxa minn Liam Carter.