[09/21] Kjarifika sejħiet għall-Prog Monitors




Stqarrija għall-Istampa

12 ta’ Ottubru 2021

PR 09/21

L-Awtorità tax-Xandir tikkjarifika dak li ġie rrappurtat f’xi mezzi tax-xandir li saret xi pressjoni biex jinħarġu sejħiet għall-Programme Monitors fi ħdan id-Dipartiment tal-Moniteraġġ. L-Awtorità tiċħad kategorikament dan u tgħid li l-proċess ta’ dawn is-sejħiet għall-Programme Monitors fi ħdan id-Dipartiment tal-Moniteraġġ kien ilu li sar u dan wara proċess ta’ rijorganizazzjoni interna, tant li se jinħarġu aktar sejħiet għal postijiet oħra. Dan seħħ ukoll wara l-iżviluppi li seħħew bit-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Mezzi Awdjo Viżivi li se jkunu qed jirrikjedu aktar xogħol min-naħa tad-Dipartiment tal-Moniteraġġ.

L-għan ewlieni tal-Awtorità huwa li x-xandir ikun konformi mal-leġiżlazzjoni u l-provvedimenti kollha tax-xandir.