Rilaxx: Immedjat
Data: 15 ta’ Marzu 2022
PR 10/22
Xandiriet Politiċi – Elezzjoni Ġenerali 2022
Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu 2022, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2022 bit-tieni Konferenza Stampa. It-tema magħżula mill-Partit Laburista għal din il-konferenza hija “Malta Flimkien”.
Is-Sur Clyde Caruana ser ikun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ ħames ġurnalisti. Il-mistoqsijiet ser isiru mill-ġurnalisti ta’ PBS Ltd., Media.Link Communications Co Ltd., Standard Publications Ltd., Il-Mument u Beacon Media Group Ltd.
Din il-Konferenza ta’ 60 minuta ser tkun immexxija minn Liam Carter u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00.