[10/24] - Xandiriet Politiċi




Data: 17 ta’ Mejju 2024
PR 10/24


Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali 2024


Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir tkompli bl-iskemi ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi u intervisti mill-kandidati indipendenti.

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Mejju 2024 ser tixxandar xandira politika bis-suġġett magħżul mill-Awtorità tax-Xandir “X’Qed Jistennew iċ-Ċittadini mill-Kunsilli Lokali?”.

Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Charles Selvaggi u Keith Cassar għall-Partit Nazzjonalista u Wayne Aquilina u Josef Azzopardi għall-Partit Laburista.

Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVMNews+ u Radju Malta fid-21:00. Din ix-xandira politika ser titmexxa minn Mario Micallef.