[11/14] EP Elections - Last Debate (20/05/2014)




Stqarrija 11/2014

XANDIRIET POLITIĊI MILL-AWTORITÀ TAX-XANDIR
GĦAL MATUL IL-KAMPANJA TAL-ELEZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2014

L-aħħar Dibattitu organizzat mill-Awtorità tax-Xandir fis-sensiela ta’ programmi għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2014 ser jixxandar għada l-Erbgħa 21 ta’ Mejju 2014.

Dan id-Dibattitu ser jixxandar fuq TVM kif ukoll fuq Radju Malta wara l-bulletin prinċipali tal-aħbarijiet tat-8:00 ta' filgħaxija.  F’dan id-dibattitu se jieħdu sehem fih il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-Kap tal-Opposizzjoni Dr Simon Busuttil. Fit-tieni parti tal-programm jingħaqad magħhom il-Professur Arnold Cassola, Alternattiva Demokratika.

Dan id-Dibattitu ser jitmexxa minn Ruth Amaira.

Mario Axiak
Kap Riċerka u Komunikazzjoni
20 ta' Mejju 2014