Rilaxx: Immedjat
Data: 23 ta’ Mejju 2017
PR 11/17
Xandiriet Politiċi
Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi għada l-Erbgħa, 24 ta’ Mejju b’Konferenza tal-Aħbarijiet .
Dr Edward Zammit Lewis ser ikun qed iwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ ħames ġurnalisti:
- Reno Bugeja għall-Public Broadcasting Service (PBS Ltd.)
- Mario Frendo għal NET Television
- Rachel Attard għal Standard Publications
- Darren Carabott għall-Mument
- Josianne Camilleri għall-RTK.
It-tema magħżula mill-Partit Laburista hija L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna.
Din il-Konferenza tal-Aħbarijiet ta’ 60 minuta ser tkun immexxija mis-Sur Mario Micallef u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:45.
Mario Axiak, M.B.A (Maastricht)
Kap, Riċerka u Komunikazzjoni
23 ta’ Mejju 2017