Stqarrija għall-Istampa
19 t’Awwissu 2020
PR 11/20
Wara l-kontroversja li inqalgħet f’dawn l-aħħar ġranet fil-mezzi tax-xandir rigward deċiżjonijiet li ittieħdu f’Ġunju li għadda mill-Awtorità tax-Xandir, l-Awtorità tixtieq tiċċara dan li ġej:
Il-valur intrinsiku tax-xandir ta’ konferenzi tal-aħbarijiet b’relazzjoni mal-Covid-19 għandhom l-obbligu li jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku dwar il-miżuri u/jew deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ din il-pandemija. Mill-bidu, għalhekk, l-Awtorità obbligat lill-istazzjonijiet, inkluż l-istazzjon tas-servizz pubbliku, biex ixandru l-konferenzi tal-aħbarijiet li kellhom l-għan li jagħtu informazzjoni marbuta ma’ din il-pandemija. Dan lobbligu ġie komunikat lill-istazzjonijiet b’ċirkolari tal-Awtorita’ tas-17 ta’ Marzu 2020.
Sussegwentement, l-Awtorità tax-Xandir irċeviet żewġ ilmenti rigward ix-xandir ta’ żewġ konferenzi tal-aħbarijiet speċifiċi u wara l-investigazzjoni tagħha, sabiex waslet għaddeċiżjoni, l-Awtorita’ straħet fuq dak li jistipula l-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, u ċioe’ dak li jistabbilixxi waħda mill-funzjonijiet kardinali tal-Awtorita’. Fl-ewwel deċiżjoni, u fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li kienu jirrigwardjaw l-ilment imressaq mill-Partit Nazzjonalista kontra l-PBS Ltd, l-Awtorita’ qieset li, filwaqt li l-konferenza tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru kienet ta’ interess nazzjonali, u li fiha nnfisha, ma ħolqotx żbilanċ fl-imparzjalita’ xierqa, ilkummenti politiċi li saru kienu riżultat tal-mistoqsijiet imprevvisti tal-ġurnalisti u li ma kellhomx konnessjoni mal-miżuri li kienu tħabbru fl-istess konferenza. Dan wassal għal żbilanċ fl-imparzjalita’ xierqa skond id-disposizzjoni tal-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
L-Awtorita’ tax-Xandir, sabiex ma toħnoqx l-utilita’ tal-konferenza tal-aħbarijiet dwar suġġett ta’ portata nazzjonali, fid-dawl tad-disposizzjonijiet li jirregolaw il-funzjonijiet tagħha u dawk li jobbligawha tirregola l-operat tax-xandir pubbliku, il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u r-risposti relattivi, ma kellhomx jibqgħu jiġu mxandra fuq l-istazzjon pubbliku wara x-xandira tal-istess konferenza.
B’riżultat ta’ din id-deċiżjoni, ma jfissirx li l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ma sarux jew ma ġewx risposti, fissret biss li l-mistoqsijiet imressqa ma jinkwadrawx ruħhom f’ mistoqsijiet u risposti li x-xandir pubbliku kien obbligat jittrasmetti taħt direttiva tal-Awtorità tax-Xandir. Ilmistoqsijiet tal-ġurnalisti xorta saru u setgħu ukoll jiġu rrapurtati fil-media tagħhom fosthom dawk indipendenti u dawk politiċi – propju l-istess entitatjiet li issa qegħdin jilmentaw bid-deċiżjoni tal-Awtorità.
Id-deċiżjoni tal-Awtorita’ tax-Xandir tas-16 ta’ Ġunju 2020 u sussegwentament deċiżjoni oħra fis-26 ta’ Ġunju, wara l-ilmenti tal-Partit Nazzjonalista, li kienu ppublikati minnufih, jirriflettu n-neċessita’ li l-Awtorita’ tipproteġi l-imparzjalita’ xierqa tal-istess xandira billi tevita li b’riżultat ta’ mistoqsijiet mhux mistennija da parti tal-ġurnalisti, u l-konsegwenti risposti relattivi tal-kelliema, ma titnaqqarx dik l-imparzjalità hekk kif il-Kostituzzjoni ta’ Malta ma tridx. Dan jgħodd għall-konferenzi tal-aħbarijiet li jagħtu informazzjoni dwar il-miżuri talCovid-19 imma li jkunu indirizzati mill-politiċi.
L-Awtorità tax-Xandir tfakkar li din mhix l-ewwel darba li ma jiġux mxandra il- mistoqsijiet talġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet imxandra live.
Naturalment l-Awtorita’ għandha l-funzjoni u l-obbligu tassattiv li telimina kwalunkwe żbilanċ fl-imparzjalita’ xierqa fl-istazzjon pubbliku. Naturalment għalhekk ix-xandir ta’ dawn iddomandi u r-risposti f’qafas ieħor li jkun maħsub tali li ma jikkreajax żbilanċ, ma jikkawża lebda problema lill-Awtorità. Fl-istess nifs, in kwantu l-ilment li wassal għad-deċiżjoni inkwistjoni kien dirett fil-konfront tax-xandir pubbliku, l-Awtorita’ hija legalment obbligata li ma tippermettix li xandira b’informazzjoni ta’ valur nazzjonali, issir pjattaforma għal mistoqsijiet politiċi jew partiġġjani, jew għal risposti tant ieħor politiċi.
L-Awtorità tiċħad l-allegazzjoni li l-istess Awtorità u l-PBS jagħmlu użu mill-istess konsulent legali, Dr Mark Vassallo evidentement dikjarazzjoni mhux riċerkata u għal kollox inventata. Ilkonsulent legali tal-Awtorità huwa l-Professur Ian Refalo, li ilu l-konsulent legali tal-Awtorità għal numru twil ta’ snin.
Filwaqt li l-Awtorita’ tagħmilha ċara li d-deċiżjoni tagħha hija finali, tfakkar li minkejja li ddeċiżjoni tagħha bħal kollha li tieħu huma bbazati fuq il-Kostituzzjoni, huma kollha pubbliċi hija ma għandha ebda diffikulta’ li tiltaqa’ mal-istakeholders kollha li għandhom interess jiddiskutu kull preokkupazzjoni li jista’ jkollhom.
19 t’Awwissu 2020