Rilaxx: Immedjat
Data: 18 ta’ Marzu 2022
PR 11/22
Xandiriet Politiċi – Messaġġi finali
L-iskema ta’ xandiriet politiċi ser tkompli nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu 2022 b’messaġġi finali tal-Kapijiet tal-partiti jew rappreżentant tal-partit, minn ABBA, ADPD, Partit Popolari u Volt Malta. Eżattament wara ser jixxandru wkoll, il-messaġġi finali mill-kandidati indipendenti, Noel Apap, Nazzareno Bonnici, Prof. Arnold Cassola u Jane Chircop.
Il-messaġġi finali ser jitmexxew minn Liam Carter u jixxandru fuq TVM u Radju Malta fid-21.00.