[12/17] Independent Candidate




Rilaxx: Immedjat
Data: 25 ta’ Mejju 2017
PR 12/17


Xandiriet Politiċi


Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi nhar is-Sibt, 27 ta’ Mejju b’intervisti mal-kandidati indipendenti.

Għall-Elezzjoni Ġenerali hemm żewġ kandidati indipendenti – Joseph Aquilina u Nazzareno Bonnici. Dawn iż-żewġ kandidati ngħataw spazju fuq il-mezzi tax-xandir biex jippromwovu l-punti tagħhom għal din l-Elezzjoni Ġenerali.

Billi Nazzareno Bonnici ma aċċettax l-istedina tal-Awtorità tax-Xandir li jipparteċipa f’dawn il-xandiriet politiċi ser ikollna nippreżentaw kandidat wieħed, lil Joseph Aquilina bħala kandidat indipendenti.

Din ix-xandira ser tkun immexxija mis-Sur Mario Micallef u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-20:45.


Mario Axiak, M.B.A (Maastricht)
Kap, Riċerka u Komunikazzjoni
25 ta’ Mejju 2017