[12/22] Xandiriet Politiċi - Elezzjoni Ġenerali 2022




Rilaxx: Immedjat
Data: 21 ta’ Marzu 2022
PR 12/22

 

Xandiriet Politiċi –Dibattitu finali bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni


Bħalma hu d-dmir tal-Awtorità tax-Xandir u bħalma jiġri f’kull kampanja elettorali, l-Awtorità tellgħet skema ta’ xandiriet politiċi bi tħejjija għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu 2022.

Din l-iskema ta’ xandiriet politiċi ser tagħlaq l-Erbgħa 23 ta’ Marzu 2022 b’dibattitu finali bejn il-Prim Ministru Dr Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech. Dan ser ikun l-aħħar dibattitu bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Opożizzjoni.

Id-dibattitu ser jitmexxa minn Liam Carter u jixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21.00.