[12/24] - Xandiriet Politiċi




Data: 24 ta’ Mejju 2024
PR 12/24


Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali 2024


Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir tkompli bl-iskemi ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi.

Wara li diġa saru żewġ xandiriet politiċi relatati mal-Kunsilli Lokali, nhar it-Tnejn 27 ta’ Mejju 2024 ser tixxandar xandira politika oħra bis-suġġett magħżul mill-Awtorità tax-Xandir “Is-sehem tal-Kunsilli fil-ħajja tal-lokalità u l-ħajja kommunitarja”.

Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Brian Decelis għall-ADPD – The Green Party, Trevor Fenech għall-Partit Laburista, Charles Bonello għall-Partit Nazzjonalista u Paul Salomone għall-Partit Popolari.

Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVMNews+ u Radju Malta fid-21:00. Din ix-xandira politika ser titmexxa minn Mario Micallef.