[13/24] - Xandiriet Politiċi




Data: 28 ta’ Mejju 2024
PR 13/24

 

Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2024

Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi.

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Mejju 2024 ser jixxandru messaġġi tal-kapijiet tal-partiti jew rappreżentant tal-partit. Il-kelliema ser ikunu Sandra Gauci għall-ADPD – The Green Party, Terrence Portelli għall-Imperium Europa, Ivan Grech Mintoff għall-Partit ABBA u Matthias Iannis Portelli għall-Volt Malta.

Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00. Dawn il-messaġġi politiċi ser jitmexxew minn Liam Carter.