[14/24] - Xandiriet Politiċi





Data: 28 ta’ Mejju 2024
PR 14/24


Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali 2024


Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir tagħti spazju biex kandidati indipendenti li se jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali jitkellmu dwar il-pjanijiet u l-proposti tagħhom għal-lokalità. L-intervisti ma’ dawn il-kandidati se jkunu parti mill-iskemi ta’ xandiriet politiċi organizzata mill-Awtorità.

Dawn l-intervisti mal-Kandidati Indipendenti għall-Kunsilli Lokali se jixxandru nhar l-Erbgħa 29 ta’ Mejju 2024 u l-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2024.

Din ix-xandira ser tintwera fuq TVMNews+ u Radju Malta fid-21:00 u ser jitmexxew minn Mario Micallef.