[15/24] - Xandiriet Politiċi




Data:  29 ta’ Mejju 2024
PR 15/24

 


Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2024


Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi.

Nhar il-Ħamis 30 ta’ Mejju 2024 ser tixxandar xandira politika bis-suġġett “Leħnek fl-Ewropa: Perspettivi dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Alex Agius Saliba għall-Partit Laburista, David Casa għall-Partit Nazzjonalista u Matthias Iannis Portelli għall-Volt Malta.

Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00. Din ix-xandira politika ser titmexxa minn Liam Carter.