[16/24] - Xandiriet Politiċi




Data: 31 ta’ Mejju 2024
PR 16/24

 


Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2024


Bi tħejjija għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ nhar is-Sibt 8 ta’ Ġunju 2024, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi b’intervisti mal-kandidati indipendenti.  F’din l-iskema l-Awtoritá ħasbet li minbarra dibattiti bejn rappreżentanti lill-partiti, talloka wkoll intervista ta’ 10 minuti ma’ kull kandidat indipendenti li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Dawn l-intervisti mal-Kandidati Indipendenti għall-Parlament Ewropew se jixxandru nhar is-Sibt 1 ta’ Ġunju 2024 u t-Tnejn 3 ta’ Ġunju 2024.

Dawn l-intervisti ser jintwerew fuq TVM u Radju Malta fid-21:00 u ser jitmexxew minn Liam Carter.