[17/24] - Xandiriet Politiċi




Data:  3 ta’ Ġunju 2024
PR 17/24

 


Skema ta’ xandiriet politiċi
għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 2024


Il-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropej riesqa lejn tmiemha u l-iskema tal-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi bejn il-partiti politiċi.  Għaldaqstant għada t-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2024 ser tixxandar xandira politika bis-suġġett “L-Unjoni Ewropea – 20 Sena Wara s-Sħubija: Fejn Sejrin?”

Għal din ix-xandira ġew mistiedna kelliema tal-erba’ partiti – ADPD – The Green Party, Imperium Europa, il-Partit ABBA u Volt Malta.  F’din ix-xandira r-rappreżentanti ta’ dawn l-erba’ partiti se jkollhom iċ-ċans iwieġbu għall-mistoqsijiet marbuta ma’ temi li għażlet l-Awtorità u li kienu t-temi ta’ din il-kampanja bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-kelliema għal dan id-dibattitu ser ikunu Sandra Gauci għall-ADPD – The Green Party, Terrence Portelli għall-Imperium Europa, Ivan Grech Mintoff għall-Partit ABBA u Matthias Iannis Portelli għall-Volt Malta.

Ix-xandira politika ser tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:00. Din ix-xandira politika ser titmexxa minn Liam Carter.