|                                                                DRITT TA’ RISPOSTA TVHEMM 17 ta’ Diċembru 2012 B’referenza għal dak li ntqal mill-preżentaturi Norman Vella u Peppi   Azzopardi waqt il-programm TVHEMM li xxandar fuq TVM fis-17 ta’ Diċembru 2012   dwar dak li kienet iddeċidiet l-Awtorità tax-Xandir fit-2 ta’ Ottubru 2012,   l-istess Awtorità, trid tagħmilha ċara li:   
Mhuwiex veru li l-Awtorità        kellha xi "talba mill-Partit Laburista biex jagħżel hu lil min        jibgħat fi programmi ta’ diskussjoni” u allura wisq anqas setgħet, kif        ġie allegat fil-programm, li l-Awtorità taċċetta talba simili.It-talba, jekk partit        kellux dritt li jagħżel hu min jirappreżentah fuq il-mezzi tax-xandir,        saret permezz ta’ ittra mibgħuta mill-PBS fit-2 ta’ Ottubru ta’ din        is-sena u dak in-nhar stess l-Awtorità tat l-opinjoni tagħha lill-PBS        fejn qalet li ladarba kien hemm sistema li qdiet b’mod sodisfaċenti        lill-partijiet kollha, ma kienx jinħass il-bżonn li tali sistema        tinbidel.L-Awtorità tax-Xandir hija        Awtorità mwaqqfa bil-Kostituzzjoni ta’ Malta biex tassigura li fuq        servizzi ta’ xandir bir-radju u t-televiżjoni provduti f’Malta tinżamm        imparzjalità f’materji ta’ natura politika jew kontroversja industrijali        jew dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ public policy. Din il-funzjoni ser        tibqa’ twettaqha bl-akbar trasparenza mingħajr biża u favur. -----o----- EDITORJAL RADIO 101 B’referenza għal dak li ntqal mill-Editur Politiku ta’ Media.Link   Communications dwar dak li kienet iddeċidiet l-Awtorità tax-Xandir fit-2 ta’   Ottubru 2012, waqt l-Editorjal fl-Aħbarijiet li xxandar nhar it-Tnejn 17 ta’   Diċembru, l-istess Awtorità, mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kontenut   politiku tal-Editorjal, trid tagħmilha ċara li:· Mhuwiex veru li l-Awtorità   kellha xi "talba mill-Partit Laburista biex jagħżel hu lil min jibgħat   fi programmi ta’ diskussjoni" u allura wisq anqas setgħet, kif ġie   allegat fl-editorjal, l-Awtorità taċċetta talba simili. Wisq anqas kien   il-każ, kif intqal fl-istess editorjal, li l-Awtorità ċediet għat-talba   tal-Partit Laburista.   
It-talba, jekk partit        kellux dritt li jagħżel hu min jirrappreżentah fuq il-meżżi tax-xandir,        saret permezz ta’ ittra mibgħuta mill-PBS fit-2 ta’ Ottubru ta’ din        is-sena u dak in-nhar stess l-Awtorità tat l-opinjoni tagħha lill-PBS        fejn qalet li ladarba kien hemm sistema li qdiet b’mod sodisfaċenti        lill-partijiet kollha ma kienx jinħass il-bżonn li tali sistema        tinbidel.Huwa żbaljat ukoll li        wieħed jagħmel konnessjoni ta’ dak li ġara waqt il-programm Xarabank nhar il-Ġimgħa 14 ta’        Diċembru ma’ din l-opinjoni li kienet esprimiet l-Awtorità f’Ottubru.        Tant hu hekk li fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità nhar is-Sibt 15 ta’        Diċembru intqal b’mod ċar li l-opinjoni li kienet tat l-istess Awtorità        f’Ottubru, ma tagħti l-ebda dritt li Partit jagħti l-ħin allokat lilu        waqt programm lil persuna oħra li ma tirrapreżentax lill-partit u li        għaldaqstant il-Partit Laburista ma kellux dritt li jċedi l-ħin allokat        lilu lill-Dr Franco Debono.L-Awtorità tax-Xandir hija        Awtorità mwaqqfa bil-Kostituzzjoni ta’ Malta biex tassigura li fuq        servizzi ta’ xandir bir-radju u t-televiżjoni provduti f’Malta tinżamm        imparzjalità f’materji ta’ natura politika jew kontroversja industrijali        jew dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ public policy. Din il-funzjoni ser        tibqa’ twettaqha bl-akbar trasparenza mingħajr biża u favur. Illum 18 ta’ Diċembru 201 |