Stqarrija għall-Istampa
15 ta’ Mejju 2026
Stq: 04/26
Skema ta’ Xandiriet Politiċi għall-Elezzjoni Ġenerali 2026
Bħala parti mill-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju 2026, l-Awtorità tax-Xandir ser tkompli bl-iskema ta’ xandiriet politiċi nhar it-Tnejn 18 ta’ Mejju 2026 b’Konferenza tal-Aħbarijiet. It-tema għal din il-konferenza hija “L-Elezzjoni Ġenerali 2026”.
Is-Sur Mario Mallia minn ADPD, Dr Matthew Agius minn Momentum, is-Sur Paul Anthony Salomone minn Aħwa Maltin u s-Sur Eman Alexander Cross minn Imperium Europa ser ikunu qed iwieġbu għall-mistoqsijiet ta’ ħames ġurnalisti. Il-mistoqsijiet ser isiru mill-ġurnalisti ta’ PBS Ltd., Kulħadd, In-Nazzjon, MaltaToday u Standard Publications.
Din il-Konferenza ser tkun immexxija minn Mario Micallef u tixxandar fuq TVM u Radju Malta fid-21:15.
.
Press here for Press Releases Archive