Cap. 350, Art. 16K - Reklamar
Prinċipju: Dan irid jingħaraf mill-ewwel bħala tali; komunikazzjoni awdjoviża moħbi hija projbita; u ma jista' jintuża ebda teknika subliminali. Dawn għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-bniedem u mingħajr ebda diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, nazzjonalità, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, jew orjentament sesswali.
Reklamar m'għandux jinkoraġġixxi mġiba li tkun ta' ħsara għas-saħħa jew għas-sigurtà; u ma jinkoraġġux mġiba li tkun ta' preġudizzju serju għall-ħarsien tal-ambjent.
Dawn li ġejjin ma jistax isir reklamar għalihom:
- Sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk;
- Xarbiet alkoħoliċi m'għandhomx ikunu speċifikament diretti għall-minorenni u m'għandhomx jinkoraġġixxu konsum mhux moderat tagħhom; u
- Prodotti mediċinali u għall-kura medika disponibbli b'riċetta huma projbiti.
Reklamar dirett lejn il-minorenni ma jistax:
- Jikkaġuna detriment fiżiku jew morali lill-minorenni;
- Iħajjarhom biex jixtru jew jikru xi prodott jew servizz;
- Jinkoraġġihom biex jipperswadu lill-ġenituri/tuturi tagħhom biex jixtru l-prodotti jew servizzi reklamati;
- jisfruttaw il-fiduċja li minorenni jqiegħdu fil-ġenituri/għalliema/tuturi tagħhom; u
- b'mod mhux raġonevoli juru minorenni f'sitwazzjonijiet perikolużi.
|