Vibe FM - The Morning Vibe - 29 ta' Marzu 2021




Deċiżjoni dwar akkuża fil-konfront ta’ Vibe FM rigward il-programm The Morning Vibe li xxandar fid-29 ta’ Marzu 2021

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Vibe FM rigward il-programm The Morning Vibe li xxandar fid-29 ta’ Marzu fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u d-direzzjoni mogħtija mill-Awtorità permezz taċ-Ċirkulari 2/21 minħabba l-format ta’ kif ixxandret il-lista ta’ ringrazzjamenti lill-isponsors.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv li ressqet l-akkuża u lis-Sur Frank Zammit, Station Manager u lis-Sur Jonathan Abel għal Vibe FM li attendew b’mod virtwali s-seduta li nżammet fit-2 ta’ Ġunju. 

L-istazzjon qal li minkejja li ma jaqbilx mal-interpretazzjoni li qed tagħti l-Awtorità qal li immedjatament l-istazzjon biddel il-kontenut u l-format tar-ringrazzjamenti.

L-Awtorità semgħet is-sottomissjonijiet u qablet li l-akkuża ma kinitx tissusti u l-istazzjon ma nstabx ħati tal-akkuża. Iżda l-Awtorità kienet tal-fehma illi twissi lill-istazzjon biex jara li jkun hemm distinzjoni bejn sponsorship u reklamar.

 

                                                15 ta’ Ġunju 2021