L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ F Living dwar xandira tal-14 ta’ Frar, 2014 fejn ġie allegat ksur ta’ paragrafu 15 tat-Tielet Skeda meta f’siegħa l-istazzjon xandar total ta’ 15-il minuta u 5 sekondi ta’ reklamar/spot f’siegħa orarja.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv kif ukoll lis-Sur Virgiglio Pirrone għan-nom u in rappreżentanza tal-istazzjon u kif ukoll lis-Sur Kevin Micallef għall-produzzjoni, f’seduta li nżammet fil-15 t’April, 2014.
Is-Sur Pirrone qal li dan kien programm farmed out u kull edizzjoni kienet tasal għand l-istazzjon lesta kemm tixxandar.
Is-Sur Micallef filwaqt li kkonferma dan il-fatt qal li dan in-nuqqas kien riżultat tal-fatt li kien hemm ċaqlieq fil-ħinijiet tal-irkejjen fil-programm li affettwa l-ħin li fiħ ħarġu r-reklami. Żied li meta dan it-tibdil jiġi kkonsiderat fil-kuntest tal-kumplament tat-trażmissjoni u l-iskeda tal-istazzjon kien iwassal għal eċċess ta’ reklamar f’siegħa orarja.
L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, u qablet li l-akkuża kienet tirriżulta u peress li din ma kienitx l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur iddeċidiet li timponi il-penali relattiva fl-ammont ta’ €1,160 liema penali kellha titħallas fi żmien xhar mid-data tan-notifika.
Illum 22 t’April, 2014