Favourite Channel - EntertainME - 23 ta' Novembru 2011




L-Awtorità kellha quddiemha żewġ akkużi fil-konfront ta’ Favourite Channel dwar il-programm EntertainME u t-trasmissjoni tat-23 ta’ Novembru, 2011, fejn ġie allegat li fiż-żewġ istanzi kien hemm ksur ta’ paragrafu 15 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta l-istazzjon eċċeda l-massimu ta’ reklamar konsentit f’siegħa orarja.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur Karl Bonaċi u s-Sur Virġilio Pirrone li dehru f’isem l-istazzjon.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u r-rapporti relattivi, ddeċidiet li ż-żewġ akkużi kienu ġew ippruvati, madanakollu, peress li din kienet l-ewwel darba l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqasijiet.

24 ta' Jannar 2012