Favourite Channel - Gran Design - 23 ta' Marzu 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża tal-15 ta’ Frar, 2010 fejn fil-programm Gran Design ma kienx hemm separazzjoni bejn ir-rokna informattiva u r-reklamar hekk kif elenkat fiċ-ċirkulari 11/09 dwar l-interpretazzjoni tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

Fl-assenza tal-Kap Eżekuttiv l-Awtorità semgħet lil Ms Joanna Bugeja, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring u lill-istazzjon li kien rappreżentat mis-Sur Karl Bonaci u s-Sur Virgilio Pirrone li minn naħa tagħhom ikkontendew illi sa minn meta beda jxandar, l-istazzjon dejjem ipprova jsegwi r-regoli u l-liġi tax-xandir u li dwar il-każ in kwistjoni hekk kif ġew notifikati bl-akkuża huma ħadu l-miżuri neċessarji biex in-nuqqas in eżami jiġi rettifikat.

L-Awtorità wara li semgħet kemm lil Ms Joanna Bugeja, Kap tad-Dipartiment tal-Monitoring u lill-istazzjon qablet li fiċ-ċirkostanzi tal-każ u peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati li kiser l-imsemmija provvedimenti kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex ma jirrepetix tali nuqqas.