Favourtie Channel - Sfera - 9 ta' Marzu 2012




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ Favourite Channel dwar il-programm Sfera tad-9 u t-23 ta’ Marzu, 2012 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir meta fil-programmi in kwistjoni saru kummenti u xxandru reklami li kienu jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-liġi rigwardanti n-nuqqas ta’ separazzjoni adekwata bejn il-kontenut tal-programm u r-reklamar.

L-Awtorità semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sinjuri Virgilio Pirrone u Kevin Mercieca li dehru f’isem u in rappreżentanza tal-istazzjon, f’seduta li nżammet fil-5 ta’ Ġunju, 2012.  Ir-rappreżentanti tal-istazzjon ikkontendew li dan l-inċident kien żball ġenwin minn naħa tal-istazzjon u tal-produzzjoni u riżultat tan-nuqqas tal-esperjenza tal-preżentatur fejn tidħol il-Liġi tax-Xandir.

L-Awtorità wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u r-rapporti relattivi, ddeċidiet li l-akkuża kienet ġiet ippruvata, madanakollu, peress li din kienet l-ewwel darba li l-istazzjon instab ħati ta’ tali ksur l-Awtorità ddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon sabiex jieħu dawk il-miżuri neċessarji sabiex jassikura li l-impjegati tiegħu u anke dawk li m’humiex imma li jipproduċu programmi għall-istazzjon ikunu konxji mill-obbligi legali u li l-istazzjon ma jirrepetix tali nuqqasijiet.

11 ta' Ġunju 2012