Fliving - Dur Darek - 6 ta' Lulju 2022




Deċiżjoni rigward il-programm Dur Darek li xxandar fuq Fliving fis-6 ta’ Lulju 2022

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża mressqa mill-Kap Eżekuttiv rigward il-programm Dur Darek li xxandar fis-6 ta’ Lulju 2022 fuq l-istazzjon Fliving. Fl-akkuża tagħha l-Kap Eżekuttiv qalet li dan il-programm kiser Artiklu 16 K (1) (a) tal-Att dwar ix-Xandir minħabba li kien hemm assoċjazzjoni evidenti bejn il-kontenut editorjali u l-kontenut kummerċjali fil-programm.

F’seduta li nżammet fit-22 ta’ Settembru 2022, deher is-Sur Giglio Pirrone għall-istazzjon Fliving li ressaq komunikat bil-miktub mis-Sur Karl Bonaci, id-Direttur Maniġerjali tal-istazzjon Fliving, li filwaqt li għamel ammissjoni li kien hemm kontenut informattiv u reklam fl-istess programm, qal li r-reklam kien ixxandar bi żvista waqt l-istess programm.

Wara li l-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet u rat ukoll id-dokumentazzjoni relatati mal-każ u anke l-ammissjoni tal-istazzjon, l-Awtorità qed issib lill-istazzjon ħati u qed tiddeċiedi li tagħti lill-istazzjon twiddiba sabiex tali nuqqas ma jirrepetix ruħu.

 

6 ta’ Ottubru 2022