Net TV - The Definitely Good Guide to Restaurants Awards - 28 ta' Settembru 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm The Definitely Good Guide to Restaurants Awards li xxandar fit-28 ta’ Settembru, 2009 fuq NET TV, kien kiser il-paragrafi 4, 8 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

Wara li l-Awtorità nnutat li l-istazzjon naqas li jibgħat rappreżentanti għas-seduta tal-Awtorità mingħajr ebda ġustifikakazzjoni u wara li rat il-provvedimenti tal-paragrafi 4, 8 u 9 tal-Att dwar ix-Xandir u qiset il-kontenut reklamatorju tal-programm, l-Awtorità sabet li l-akkuża ġiet ippruvata.

L-Awtorità għalhekk imponiet penali amministrattiva ta’ elf, mija u erbgħa u sittin Euro (€1,164), liema penali għandha titħallas fi żmien xahar mil-lum.