Net TV - Bejnietna - 11 ta' Jannar 2021




Deċiżjoni rigward l-akkuża fil-konfront ta’ Media Link Communications Ltd rigward il-programm Bejnietna li xxandar fuq NET TV fil-11 ta’ Jannar 2021

 

L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront tal-programm Bejnietna li xxandar fil-11 ta’ Jannar 2021 fejn ġie allegat ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet skeda tal-Att dwar ix-Xandir.

Matul dan il-programm ġie allegat li xxandru żewġ rkejjen tat-tisjir mal-kok, Herman Bonaci u li dan kien liebes l-uniformi tal-Cortile Restaurant. Barra minn hekk f’waħda mis-sensiliet ta’ reklami xxandar reklam tal-istess restaurant Il Cortile Restaurant.

L-Awtoritá semgħet lill-Kap Eżekuttiv u lis-Sur Karl Gouder li deher virtwalment għal NET TV f’seduta li nżammet fit-30 ta’ Marzu 2021.

Minn naħa tal-istazzjon, kien hemm ammissjoni li bi żvista kien ixxandar ir-reklam tal-Cortile Restaurant fl-istess programm u eżatt wara r-rokna tat-tisjir. 

L-Awtorità ħadet nota tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u tal-ammissjoni min-naħa tal-istazzjon u sabet lill-istazzjon ħati ta’ ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir. Iżda qablet li l-istazzjon għandu jingħata twissija u dderiġiet lill-istazzjon biex ma jintlibsux ilbies li joħolqu reklamar b’ingann.

 

 

 

13 ta’ April 2021