NET TV - Destinazzjoni Suċċess - 18 u l-25 ta’ Ottubru, 2008




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li l-programm Destinazzjoni Suċċess tat-18 u l-25 ta’ Ottubru, kiser paragrafu 20(ċ) tat-Tielet Skeda ta’ l-Att dwar ix-Xandir, u paragrafu 10(iii) tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika tal-2007 dwar it-tmexxija ta’ kompetizzjonijiet u l-għoti ta’ premijiet fil-mezzi tax-Xandir.

Dan peress li r-referenza għal xi sponsors kienet tinkludi wkoll in-numru tat-telefon u l-indirizz u fil-każ tal-kompetizzjonijiet, ma ngħatatx deskrizzjoni adegwata u ċara biżżejjed tal-premijiet li kienu jintrebħu.

Wara li l-Awtorità kienet semgħet lill-Kap Eżekuttiv, lill-istazzjon u lill-producer u wara li ttieħdet konjizzjoni tan-natura tal-irregolaritajiet u kif ukoll tal-fatt illi n-nuqqasijiet elenkati fl-akkuża kienu ġew rettifikati immedjatament, iddeċidiet li twiddeb lill-istazzjon biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.