L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm House Magazine li xxandar fit-23 ta’ Frar, 2011 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir meta ixxandar reklamar għal lighting designer meta din kienet mistiedna fl-istudjo f’rokna informattiva.
L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, u lis-Sur Jeffrey Dalli f’isem l-istazzjon, u lis-Sur Paul Mifsud għall-produzzjoni.
L-Awtorità, wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet, iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata u peress li din ma kinitx l-ewwel darba li l-programm instab ħati kellha timponi l-penali amministrattiva ta’ elf mija u sittin Ewro (€1,160) li kellha titħallas fi żmien xahar mil-lum.