Net TV - House Magazine - 5 ta' Awwissu 2009




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża li fil-programm House Magazine li xxandar fil-5 ta’ Awwissu, 2009 fuq Net TV kien hemm ksur tal-paragrafi 4 u 9 tat-Tielet Skeda tal-Att dwar ix-Xandir u l-interpretazzjoni fiċ-ċirkolari 11/09, peress li irkejjen informattivi fil-programm ma kienux jirrispettaw il-ħtieġa ta’ distinzjoni ċara bejn kontenut u l-element reklamatorju.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv u lill-istazzjon u rat ukoll il-filmat relattiv u ddeċidiet li din l-akkuża kienet ġiet ippruvata iżda peress li din kienet l-ewwel darba li l-programm instab ħati ta’ dawn il-provvedimenti iddeċidiet li twissi lill-istazzjon sabiex tali aġir ma jiġix ripetut.