Net TV - It-Tnejn l’Huma - 2 ta' Diċembru 2010




L-Awtorità kellha quddiemha akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar il-programm It-Tnejn L’Huma li xxandar fit-2 ta’ Diċembru,  2010 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ paragrafu 4 tat-Tielet Skeda tal-Att Dwar ix-Xandir, meta kien hemm assoċjazzjoni bejn rokna informattiva bil-parteċipazzjoni tas-Sur Noel Farrugia u reklam għal Brittania Tours li xxandar qabel l-imsemmija rokna u li fih kien jidher ukoll is-Sur Farrugia, liema preżentazzjoni irriżultat f’nuqqas ta’ separazzjoni adegwata bejn ir-reklam u r-rokna informattiva.

L-Awtorità semgħet kemm lill-Kap Eżekuttiv, kif wkoll lis-Sur Etienne Mallia f’isem l-istazzjon u wara li ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet iddeċidiet li l-akkuża ġiet ippruvata, iżda in vista taċ-ċirkostanzi tal-każ qablet li kellha twiddeb lill-istazzjon sabiex tali ksur ma jirrepetix ruhu.