Akkuża fil-konfront ta’ NET TV dwar Ilment tas-Sur Paul Gafa’ dwar il-programm Kontra l-Ħin li xxandar fid-19 ta’ Ġunju, 2008
L-Awtorità kellha quddiemha akkuża u ilment kontra NET TV dwar il-programm Kontra l-Ħin li xxandar fid-19 ta’ Ġunju, 2008 fejn ġie allegat li kien hemm ksur ta’ Paragrafu 5.2 u 5.3 tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika dwar it-Tmexxija ta’ Kompetizzjonijiet u l-Għoti ta’ Premjijiet fil-Mezzi tax-Xandir, meta s-Sur Paul Gafa’ konkorrent fl-imsemmi programm ma ngħatax il-premju dovut lilu riżultanti mill-parteċipazzjoni tiegħu, u dan minkejja diversi talbiet li kienu saru lill-istazzjon.
L-Awtorità semgħet kemm lil Kap Eżekuttiv u kif ukoll lis-Sur Paul Gafa’, lis-Sinjura Lorraine Gafa’ u lill-Ms Louiselle Vassallo li dehret in rappreżentanza tal-istazzjon.
L-Awtorità ħadet konjizzjoni tas-sottomissjonijiet tal-partijiet u in vista tal-fatt li l-istazzjon kien assuma r-responsabbilità tan-nuqqas u kien lest li jirrisolvi dan l-ilment fi żmien raġonevolment qasir iddeċidiet illi ma tipproċedix ulterjoralment kontra l-istazzjon. Madanakollu iddiriġiet li dan il-każ kellu jibqà jiġi segwit sakemm l-obbligi tal-istazzjon fil-konfront tas-Sinjuri Gafa’ jiġu rispettati b’mod sħiħ.